Il-virtuwijiet huma tema importanti fil-kitba u l-ħidma tal-Papa Benedittu XVI1 (1927 – 2022). Ippjana li jikteb tliet enċikliċi dwar ilvirtuwijiet teologali – il-fidi, it-tama u l-imħabba – u rnexxielu jikteb tnejn minn dawn qabel ma abdika minħabba raġunijiet ta’ saħħa. Huwa jesplora t-tama fl-enċiklika Spe Salvi (2007) u l-imħabba f’Caritas in Veritate (2009). L-enċiklika fuq il-fidi – Lumen Fidei – bdiet tinkiteb fil-pontifikat tiegħu imma ħarġet fil-pontifikat ta’ Franġisku. Din issejħet enċiklika “a quattro mani” – miktuba minn erba’ jdejn – peress li kien hemm bosta elementi meħuda minn abbozz ippreparat minn Benedittu XVI.
André P. DeBattista (Mon,) studied this question.